Manchester United temmew il-ftehim tas-self tad-difensur ta’ Tottenham Sergio Reguilon.
Id-difensur xellugi Spanjol mar f’Old Trafford f’Awwissu b’self għal staġun. Iżda United eżerċitaw break clause fil-kuntratt u Reguilon se jirritorna ma’ Spurs.
“B’inqas logħbiet fit-tieni nofs tal-istaġun u players imweġġgħin jirritornaw, se jkun hemm inqas opportunità biex Sergio jilgħab. Għalhekk ġie deċiż li kien fl-aħjar interess tal-partijiet kollha li Reguilon jirritorna ma’ Spurs.” Qalet stqarrija ta’ Manchester United.
Reguilon ta’ 27 sena ġie ffirmat biex ikopri injuries ta’ Luke Shaw u Tyrell Malacia fil-bidu tal-istaġun. Huwa għamel 12-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Shaw minn dakinhar irritorna u Malacia jinsab viċin li jirkupra.
United ġew eliminati miċ-Champions League u mil-League Cup. Dan ifisser li l-manager Erik ten Hag mhux probabbli li jiffaċċja konġestjoni ta’ partiti fit-tieni nofs tal-istaġun u pressjonijiet żejda fuq l-iskwadra tiegħu.
//= $special ?>