Lokali Qorti

Ta’ 16-il sena mixli li għamel sikkina ma’ għonq  ommu tqila

Id-difiża tgħid li għandu bżonn l-imħabba li qatt ma kellu

Żagħżugħ ta’ 16-il sena ġie mixli li nhar l-Erbgħa li għaddew ħebb għal ommu billi poġġa sikkina ma’ għonqha waqt li offendiha quddiem oħtu ta’ erba’ snin. Il-prosekuzzjoni spjegat lill-Qorti li l-inċident seħħ fid-dar tal-omm li għandha disgħa xhur tqala.

L-allegat inċident seħħ bejn  il-5pm u s-7pm. fir-residenza tal-omm ġewwa Ħ’Attard.  It-tifel li ismu ma jistax jissemma minħabba li huwa taħt l-età wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. l-Ispettur Audrey Micallef li ressqet lit-tifel qalet li ġiet infurmata mill-Pulizija ta’ kontra l-vjolenza domestika wara li l- Pulizija mid-distrett ta’ Birkiirkara rċevew telefonata mingħand l-omm.

Din qaltilhom li kien qed jiskala argument bejnha u binha. Il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabuha barra tibki u imbeżża ma’ sid il-blokka ta’ appartament. Hi qalet lill-Pulizija li nqala’ argument ma’ binha u eskala. Hu heddidha li kien se jaħarqilha l-vettura u tas-sieħeb tagħha.

l-Omm qalet ukoll li binha qabad sikkina kbira u beda miexi fid-direzzjoni lejn ommu u beda jxejjirha quddiem wiċċha u anke poġġiha ma’ għonqa iżda fl-ebda ħin ma intmiset magħha. L-Ispettur qalet li ma saru l-ebda ġrieħi u li kienet fi stat ta’ xokk fejn ħaduha fi klinika biex tiħi assigurata li ma kienx hemm problemi għas-saħħa tagħha u tat-tarbija li ġejja fid-dinja.

Micallef qalet ukoll li l-omm qaltilha li binha waddab is-sikkina fid-direzzjoni tal-kċina fil-preżenza ta’ oħtu ta’ erba’snin. Il-Pulizija ma sabux lit-tifel d-dar għax dan tela’ fuq il-bejt għoli tliet sulari fejn beda jibża li l-Pulizija kienu se jieħduh magħhom. Pulizija minnhom li mar fuq il-post biex jevita xi inċident kien irnexxielu jaqbdu minn rasu u ħatfu. Wara arrestaw lill-akkużat.

Meta saret it-talba għall-pleġġ mid-difiża, l-prosekuzzjoni oġġezzjonat filwaqt li l-Avukat tal-parte civile qal li kien jinsab maqsum dwar dan imma għal ġid tal-omm ikun aħjar li dan ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest minħabba l-biża li javviċina lill-ommu.

L-Avukat Mark Mifsud Cutajar li deher għall-vittma qal li ommu kważi rabbitu waħedha u li din ġejja minn sensiela ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn, li l-ewwel bdew minn inċidenti minuri li eskalaw. Qal li meta ddiskuta mal-omm, din kienet bejn ħaltejn dwar jekk għandux jieħu tagħlima.

Qal li f’dan l-istadju huma importanti s-sigurta tal-omm u li hemm tifla ta’ erba’ snin fin-nofs “u dan il-famuż sieħeb tal-omm”. Minn naħa tagħha d-difiża qalet li dan mhux xi każ ta’ xi tifel li huwa xi ‘bully’ imma huwa tifel nieqes mill-imħabba, li għandu diversi problemi mediċi bil-kundizzjoni tal-ADHD u li jtemtem.

Id-difża qalet li l-fatti huma li fl-awla hemm preżenti missieru u li ġara fuq dan l-inċident kien li xtaq li jirranġa l-gwardrobba għax kienet qed tinkiser u minkejja li ommu taf il-problema li għandu qabdet tgħajjat miegħu u ma waqfitx, minkejja li talabha bil-ħniena biex ma tkompliex tgħajjat miegħu.

“F’ħin minnhom ommu qaltlu li kien dalwaqt se jasal is-sieħeb tagħha, u hawn hu qalilha – ‘le għax dak tagħni xeba’ u ħallni.” Qalilha li ħadd mhu qed jisimgħu u jagħti każu u li ma kellux fejn jorqod bħal ħaddieħor – il-verità hi li l-omm kellha erba’ ‘partners’ f’ħajjitha u t-tifel jinsab imkisser” – qalet id-difiża, li kompliet tgħid li dan għajnuna għandu bżonn.

L-Ispettur għamlet xogħolha tajjeb u ma setgħetx tagħmel mod ieħor., kompliet tgħid id-difiża. “Għandha każ ta’ tifel b’mod differenti ‘crying out for help” kompla jgħid l-Avukat. Vera m’għandux jersaq lejn “Ħ’Attard u per eżempju jogħod Ħaż- Żabbar u joqgħid biss hemm. Ġieli tagħmel jumejn ma jersaqx lejn id-dar, imma issa hawn il-missier li se jkun hemm miegħu u missieru għandiu x’jitlef jekk ma jobdiex.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Joseph Gatt ċaħdet it-talba għal libertà proviżorja