Titjira tal-Air Malta li kienet skedata li titlaq minn Malta lejn Katanja tard it-Tlieta filgħaxija esperjenzat minn dewmien wara li żewġ passiġġieri li kienu abbord l-ajruplan spiċċaw f’argument.
It-titjira KM3642 kellha titlaq nhar it-Tlieta li għadda iżda telqet kmieni l-Erbgħa filgħodu.
Din is-sitwazzjoni ħolqot kaos sħiħa hekk kif minħabba dan id-dewmien, spiċċa x-shift tal-ekwipaġġ li kien hemm abbord tant li ma setgħux itiru lejn id-destinazzjoni.
Fil-fatt kien meħtieġ li jintuża ajruplan ieħor b’ekwipaġġ differenti, bil-passiġġieri spiċċaw jistennew is-sigħat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
//= $special ?>