Lokali

Triq il-Kbira fil-Mosta terġa’ tinqala’ u jerġa’ jsir xi xogħol mill-ġdid għax “sar xogħol ħażin”

In-nuqqas ta’ pjanar fix-xogħol ta’ Triq il-Kbira, fil-Mosta reġgħet spiċċat fuq fomm kulħadd hekk kif din it-triq reġgħet mill-ġdid inqalgħet u sar xi xogħol li kien lest ġimgħat ilu.

Ir-residenti li tkellmu magħna qalulna li wara li huma ġew mgħarfa li x-xogħol kellu jkun lest, il-Kunsill Lokali reġa’ ħabbar li se jagħlaqha għal erbat’ ijiem sabiex jerġgħu jsiru mil-ġdid il-gradilji tal-ilma għax kollha ‘iħabbtu’.

“Flus fil-ħela,” qal resident. “Misshom jistħu minn aċċeta dak ix-xogħol la kien sar ħażin għax bi flus il-poplu nagħmlu li rridu. Ma jimpurtahomx”

Din it-triq ilha sentejn magħluqa sabiex saru fiha numru ta’ xogħolijiet. Bir-residenti u ħaddiema ilhom għal xhur sħaħ b’inkonvenjent, bit-trabijiet, nuqqas ta’ aċċessibilità, storbju u oħrajn.

Residenti oħra li tkellmu magħna qalu kif fil-lokalità kien hemm konfużjoni sħiħa. Dan hekk kif trakkijiet tad-delivery ma kellhom ħjiel minn fejn se jaqbdu jgħaddu.

Skont il-Kunsill Lokali tal-Mosta, ix-xogħol għandu jitlesta sa qabel terġa’ tiftaħ l-iskola nhar it-Tnejn li ġej wara tmiem il-ġimgħa.

Tags