Wara l-aħbar li żvela Net News dalgħodu, li l-Ministru Clyde Caruana kien se jitqaċċat mill-kariga tiegħu ta’ Ministru tal-Finanzi… issa jidher li kien hemm żvolta ġdida. Dan hekk kif jidher li Caruana baqa’ jsabbat saqajh u ma aċċettax li jitteħidlu d-dekasteru tiegħu.
Quddiem dan kollu, persuni li tkellmu ma’ Net News qalulna li l-Prim Ministru se jkollu jċedi għall-pressjoni li saritlu minn Clyde Caruana u jħallih fil-kariga li kellu.