Futbol Sport

Imut il-leġġenda tat-tim Nazzjonali Brażiljan Mario Zagallo

(Ritratt: EPA)

Iktar kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt tal-eks plejer u kowċ tat-tim Nazzjonali tal-Brażil Mario Zagallo.

Zagallo huwa karattru importanti fl-istorja tal-futbol Brażiljan, hekk kif huwa rebaħ 4 Tazzi tad-Dinja, 2 bħala plejer u 2 bħala kowċ.

Zagallo kien plejer kruċjali fir-rebħ konsekuttiv tat-Tazzi tad-Dinja tal-1958 u 1962, fejn kien involut fiż-żewġ finali.

Bħala kowċ, Zagallo mexxa dak li ħafna jikkunsidraw bħala l-aqwa tim fl-istorja, meta fl-1970 taħt it-tmexxija tiegħu l-Brażil rebħu t-tielet Tazza tad-Dinja.

Fl-1994, Zagallo għal darb’oħra kien involut fir-rebħ tar-raba’ Tazza tad-Dinja, din id-darba meta kien jinkariga l-irwol ta’ Assistent Kowċ ta’ Carlos Alberto Parreira.

Zagallo kien l-ewwel persuna li rebaħ it-Tazza tad-Dinja sew bħala plejer kif ukoll bħala kowċ.