Lokali

Ir-Rabtin jiċċelebraw il-letteratura Maltija

Il-Ġimgħa filgħaxija, Fondazzjoni HELA ċċelebrat il-letteratura Maltija permezz ta’ attività f’ġieħ il-kotba.

Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-Fondazzjoni qiegħda timmira li tiġbor u taqsam l-istejjer u l-esperjenzi tar-Rabtin sabiex jiżdied l-għarfien dwar il-kotba bħala oġġett fiżiku kif ukoll bħala esperjenza, filwaqt li tingħata importanza speċjali lill-wirt letterarju Malti.

Net News tkellem ma’ Leanne Ellul fejn saħqet dwar l-importanza ta’ din l-attività.

Il-mira ta’ dan il-proġett hu li jinħoloq sens ta’ kurżità għall-ktieb u dak li kollu li jġib miegħu.

Fondazzjoni HELA, bħala vuċi rappreżentattiva tas-settur, se tmexxi din l-inizjattiva bl-għan li sservi ta’ mudell għal irħula oħra u tixpruna inizjattivi simili anke fuq livell nazzjonali..

Net News tkellem ukoll ma’ Clare Azzorpardi fejn spjegatilna għaliex il-lingwa Maltija hija tant imporanti.

Raħal il-Letteraturahuwa proġett li għal tliet snin ġie megħjun mill-Premju tal-President għall-Kreattività u l-Kunsill Malti għall-Arti fejn l-għan ewlieni hu sabiex ikun hawn iktar għarfien dwar il-lingwa Maltija permezz tal-ktieb.