Lokali

“Ir-re-shuffle totali li qal li se jwettaq spiċċa biss tibdil minimu u kosmetiku” – Bernard Grech

“Robert Abela spiċċa kellu jċedi għall-pressjoni tal-Ministeri tiegħu tant li r-re-shuffle kien biss tibdil kosmetiku.”

Dan sostnieh il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech permezz ta’ post fuq il-midja soċjali wara li s-Sibt filgħaxija tħabbru l-bidliet fil-Kabinett ta’ Robert Abela.

Bernard Grech sostna li din hija konferma oħra kemm Robert Abela għandu idejh marbuta hekk kif ma rnexxielux jagħmel it-tibdil li b’ħafna pompa qal li se jwettaq.