Internazzjonali Temp

Jiem ta’ friża u temp estrem madwar ir-Renju Unit

Mistennija jkunu jiem ta’ friża u temperaturi estremi, hekk kif diversi partijiet tar-Renju Unit qed jaffaċjaw riħ qawwi u maltempati bil-borra.

L-awtoritajiet tl-Ingilterra qed iwissu li t-temp estrem jaf jestendi għal ġimgħa sħiħa; b’għargħar enormi li diġa’ laqat diversi zoni fl-inħawi ta’ Nottingham.

L-Agenzija tal-Ambjent qed tappella wkoll lin-nies biex jimxu b’kawtela enormi. U apparti Nottingham, hemm ukoll zoni qrib Gloucestershire u Oxford illi huma milquta mill-għargħar.

L-ilmijiet diġa’ ħallew ħsarat enormi f’diversi djar.

S’issa, kien hemm aktar minn 200 twissija marbuta ma’ għargħar, filwaqt li inħarġu 222 allert f’diversi bliet u rħula…fost tħassib li anke anzjani u persuni vulnerabbli jafu jiġu affetwati.

Il-previżjonijiet qed juru wkoll li l-Ħadd, it-temperaturi se jinżlu sa 6 gradi taħt iz-zero.