Żagħżugħ barrani ingħata sentenza ta’ 4 xhur ħabs wara li prova jaħrab minn Malta lejn Bergamo b’mod illegali. L-imputat, li għandu 16-il sena, ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Lara Butlers spjegat li s-Sibt għall-ħabta tal-5:30am, iż-żagħżugħ li jismu Ashraful Islam prova juża passaport Indjan falz u permess ta’ residenza Taljan.
Id-difiża spjegat li ż-żagħżugħ għandu kondotta nadifa, u b’hekk għandha tingħata l-inqas sentenza possibbli. U kien għalhekk illi l-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ikkundannatu erba’ xhur priġunerija.
//= $special ?>