Il-ġurnata tas-Sibt kienet ġurnata oħra fejn Robert Abela mill-ġdid falla milli jwettaq re-shuffle tal-Kabinett tiegħu, hekk kif il-Ministri tiegħu bil-bosta rreżistew dan ir-re-shuffle u kissru dak kollu li l-mexxej tagħhom kellu pjanat.
Fi stqarrija, il-PN fakkar kif Abela qal lil kulħadd li se jagħmel reshuffle totali u kellu jċedi għal pressjoni tal-Ministri, u kull ma rnexxielu jagħmel huwa tibdil minimu u kosmetiku.
Illum kellna konferma oħra kemm Robert Abela għandu jdejh marbutin u huwa dgħajjef hekk kif ma rnexxielux lanqas jagħmel it-tibdil li b’ħafna pompa qal li se jwettaq.
//= $special ?>