Knisja Lokali

L-EPIFANIJA: Taħlita sabiħa ta’ tradizzjonijiet u fidi

Il-perjodu ta’ festi li kellna matul l-aħħar ġimgħa jiġi fi tmiemu bil-festa tal-Epifanija propju meta l-islaten maġi waslu quddiem Ġesù Bambin.

Net News tkellem ma’ Fr Brendan Gatt li spjegalna aktar dwar din iċ-ċelebrazzjoni fejn għalkemm fl-imħuħ ta’ ħafna l-Epifanija hija abbinata mal-islaten maġi fil-verità dawk li marru quddiem il-maxtura kienu għorrief u astronomi.

Iżda Fr Brendan qalilna wkoll li fl-Epifanija qed niċċelebraw il-fatt li Ġesù ma ġiex biss fid-dinja biex jibqa’ f’Betlehem jew fl-Art Imqaddsa iżda ġie biex isalva lill-bnedmin kollha.

Huwa qal li fl-Epifanija hemm il-livell ta’ fidi fejn Ġesù jiġi ppreżentat bħala s-salvatur tad-dinja kollha iżda minn naħa l-oħra b’din il-festa jiżdiedu wkoll it-tradizzjonijiet popolari kif ukoll dawk folkloristiċi.

Fr Brendan saħaq li għalkemm it-tradizzjonijiet huma imporanti ma nistgħux ninsew l-element ta’ fidi f’dawn il-festi.

Barra minn hekk, huwa spjega wkoll li din il-festa tiġi ċċelebrata b’mod differenti f’pajjiżi varji fejn hawnhekk huwa spjegalna li fl-Italja din il-festa tingħata importanza kbira.