“Il-Gvern qed jivvinta modi kreattivi kif tittieħed l-art pubblika u l-ispazji miftuħin biex dawn jinbnew u din il-prassi għandha tieqaf minnufih.”
Hekk sostna l-ADPD – The Green Party waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret matul il-jum tas-Sibt.
Intqal li l-protezzjoni tal-ambjent għandha tkun prijorità għal Robert Abela filwaqt li ma nistgħux ngħidu li għandna s-saħħa tan-nies għal qalbna u noħolqu ambjent li jmarrad lin-nies bil-bini ma’ kullimkien.
Saħqu li l-ispazju miftuħa f’pajjiżna għandhom jiżdiedu dan filwaqt li jibqgħu għat-tgawdija ta’ kulħadd.
//= $special ?>