Newcastle United irritornaw għar-rebħ meta kkwaliffikaw għar-raba’ rawnd tal-FA Cup b’rebħa fuq ir-rivali Sunderland.
Din kienet l-ewwel partita bejn iż-żewġ timijiet mill-2016.
Newcastle fetħu l-iskor wara 35 minuta permezz ta’ auto-gowl ta’ Dan Ballard li xeħet fix-xibka tiegħu stess meta pprova jikklerja l-kross ta’ Joelinton.
Fis-46 minuta, Alexander Isak skorja t-tieni gowl tal-Magpies, biex fl-aħħar minuti tal-partita l-attakkant Żvediż skorja t-tieni gowl personali minn penalty.
Aston Villa kisbu rebħa minima ta’ 1-0 barra minn darhom kontra Middlesbrough li kienet biżżejjed għall-kwalifikazzjoni għar-rawnd li jmiss.
Matty Cash kien l-eroj tal-Villians b’gowl fis-87 minuta biex ta l-ewwel rebħa lit-tim tiegħu fil-FA Cup mill-2016.
Chelsea għelbu lil Preston North End 4-0, bil-gowls kollha jaslu fit-tieni taqsima.
Il-Blues sabuha diffiċli jiskorjaw fl-ewwel taqsima, tant kemm hu hekk li stennew sat-58 minuta biex skorjaw l-ewwel gowl, b’ Armando Broja b’daqqa ta’ ras minn kross ta’ Gusto.
L-ewwel gowl kien ifisser li Chelsea mhux se jieqfu jiskorjaw, b’żewġ gowls f’tlett minuti jaslu mid-daqqa ta’ ras ta’ Thiago Silva fis-66 minuta u mill-freekick ta’ Raheem Sterling fid-69 minuta.
Enzo Fernandez isiġilla r-rebħa fit-85 minuta.
Bournemouth dawwru telfa f’rebħa kontra Queens Park Rangers bl-iskor finali jkun 3-2.
QPR skorjaw żewġ gowls f’żewġ minuti, bl-ewwel gowl jasal minn Sinclair Armstrong wara 40 minuta, segwit mit-tieni gowl ta’ Lyndon Dykes.
Bournemouth irrispondew fil-bidu tat-tieni taqsima, b’Marcus Tavernier jiskorja l-ewwel gowl.
Fit-58 minuta Kieffer Moore skorja l-gowl tad-draw b’daqqa ta’ ras tajba, filwaqt li Justin Kluivert kien l-awtur tal-gowl tar-rebħa fid-69 minuta.
Brighton għaddew għar-rawnd li jmiss wara li għelbu lil Stoke City bl-iskor ta’ 4-2.
Prestazzjoni oħra tajba mill-Brażiljan Joao Pedro, li skorja żewġ gowls fl-aħħar għoxrin minuta biex ta r-rebħa lit-tim tiegħu.
Stoke fetħu l-iskor l-ewwel minn aut-gowl ta’ Van Hacke, bi Brighton jirrispondu ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima b’gowl tad-difensur laterali Estupinan.
Lewis Dunk fit-52 minuta ta l-vantaġġ lis-Seagulls għall-ewwel darba fil-partita, filwaqt li Lewis Baker għamel l-iskor indaqs minn penalty li wasal minn handsball kommess minn Dunk.
Żewġ gowls ta’ Joao Pedro fil-71 minuta u fit-80 minuta taw ir-rebħa lit-tim ta’ De Zerbi.
Southampton kisbu rebħa kbira ta’ 4-0 fuq Walsall, tim li jikkompeti f’ League 2.
Gowl ta’ Ryan Fraser ta’ bidu għal lejl diżappuntanti għal Walsall, bl-ewwel gowl jasal wara biss 6 minuti.
It-tieni gowl kien skorjat minn Sekoue Mara mis-suġġeriment tal-istess Fraser.
Ryan Frase għal darb’oħra sab ix-xibka, din id-darba wara 68 minuta għat-tielet gowl tas-Saints.
Che Adams skorja l-aħħar gowl għat-tim tiegħu għaxar minuti wara.
Il-Ħamis
C.Palace v Everton 0-0
Il-Ġimgħa
Brentford v Wolves 1-1
Fulham v Rotherham U. 1-0
Tottenham v Burnley 1-0
Ilbieraħ
Wimbledon v Ipswich T. 1-3
Coventry City v Oxford U. 6-2
Maidstone U. v Stevenage 1-0
Millwall v Leicester City 2-3
Sunderland v Newcastle U. 0-3
Blackburn R. v Cambridge U. 5-2 Gillingham v Sheffield U. 0-4
Hull City v Birmingham City 1-1
Newport C. v Eastleigh 1-1
Norwich City v Bristol R. 1-1
Pymouth A. v Sutton U. 3-1
QPR v Bournemouth 2-3
Southampton v Walsall 4-0
Stoke City v Brighton 2-4
Watford v Chesterfield 2-1
Chelsea v Preston North End 4-0
Middlesbrough v A.Villa 0-1
Sheffield W. v Cardiff City 4-0
Swansea City v Morecambe. 2-0
Għada
Luton T. v Bolton W. 3:00pm
Man.City v Huddersfield T. 3:00pm
Nottingham F. v Blackppol 3:00pm
Peterborough U. v Leeds U. 3:00pm
Shrewsbury T. v Wrexham 3:00pm
Wes Brom A. v Aldershot T. 3:00pm
West Ham v Bristol C. 3:00pm
Arsenal v Liverpool 5:30pm
It-Tnejn
Wigan A. v Man.Utd 9:15pm