Rowen Camilleri
SIRENS………………..1
BIRKIRKARA………..2
Sirens: A. Cassar, T. Almeida (H. Gomda 90’), O. Boakye, N. Pulis, M Akadom, A. Cini, B. Asare (F. Boateng 60’), S. Borg, K. Donsu, D. Jackson (G. Rocha 82’), D. Agius (C. Agyemang 60’)
Birkirkara: M. Zapytowski, E. Pepe, P. Mbong, K. Zammit, A. Satariano, N. Micallef, S. Zibo, O. Elouni (A. Coppola 90+3’), A. Diakite, M. Maia (A. Quieroz 67’), A. Ciolacu (K. Fenech 90+3’)
Imwissija: S. Zibo 32’, P. Mbong 82’ (B), O. Boakye 74’ (S)
Skorjaw: M. Maia 9’, 62’ (B), M. Akadom 64’ (S)
Referee: Daniel Portelli
Assistenti Referees: Alan Camilleri u Mark Ciantar
BOV Plejer tal-Logħba: Maxuell Maia (Birkirkara)
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Maxuell Maia (Birkirkara)
Fl-Istadium Nazzjonali Birkirkara bdew is-sena kif għalquha u kisbu tliet punti oħra li jżommuhom fl-ewwel nofs tal-klassifika b’20 punt. Min-naħa l-oħra b’din it-telfa Sirens jibqgħu fl-aħħar post tal-klassifika b’6 punti daqt Gudja United.
Birkirkara ħadu biss disa’ minuti biex marru fil-vantaġġ meta Kurt Zammit rebaħ ballun f’nofs il-ground u wara li avvanza għadda lejn Maxuall Maia li b’xutt fil-baxx għadda l-ballun minn taħt saqajn il-goalkeeper Andrea Cassar għal skor ta’ 1-0.
Fl-34 minuta jerġa’ jkun l-awtur tal-gowl Maia li mill-istess qagħda jipprova xutt fil-baxx iżda din id-darba Cassar jilqa’ b’siequ u d-difiża ttajjar il-periklu. L-ewwel taqsima ntemmet bil-Karkariżi fil-vantaġġ u fil-kontroll assolut tal-partita.
Wara bidu kwiet tat-tieni taqsima Birkirkara rduppjaw fit-62 minuta bi ġmiel ta’ gowl fejn il-kross preċiż ta’ Ciolacu sab lil Maxuell Maia li b’mod akrobatiku spara wara Cassar.
Għaddew biss żewġ minuti u Sirens jerġgħu jidħlu lura fil-logħba. Kien kross fil-kaxxa tas-sostitut Boateng li wara inċertezza fid-difiża Karkariża il-ballun spiċċa f’saqajn Mohammed Akadom li mill-viċin għeleb lil Zapytowski.
Fil-75 minuta Birkirkara jmorru viċin it-tielet gowl meta l-free kick dirett ta’ Ciolacu laqat il-wieqfa u baqa’ sejjer barra.
Fit-80 minuta l-Istripes ħelsuha ħafif meta Boateng mill-viċin impenja lil Zapytowski bil-Pollakk b’diffikultà jdawwar f’korner.
Minkejja l-isforzi ta’ Sirens, Birkirkara ddefendew tajjeb il-vantaġġ tagħhom u wara tliet minuti ta’ ħin miżjud, Daniel Portelli saffar tmiem il-konfront bl-istripes jieħdu l-punti massimi minn dan il-konfront.
