MARSAXLOKK…….1
HIBERNIANS……….1
Marsaxlokk u Hibernians ħadu punt kull wieħed fi draw ta’ 1-1 fit-Tony Bezzina Stadium, draw li ma biddel xejn f’dik li hi klassifika għal dawn iż-żewġ timijiet bix-Xlukkajri ibqgħo fir-raba’ post b’20 punt u ntlaħqu minn Birkirkara filwaqt li Hibernians jibqgħu fis-seba’ post bi 18-il punt.
Kienu Marsaxlokk li marru minn fuq permezz ta’ Yuri Messias li wara li rċieva pass fit-tul żmarka ruħu u minn quddiem Jonathan Debono ma’ żbaljax biex ix-Xlukkajri daħlu jisrieħu fil-vantaġġ ta’ 1-0.
Hibernians ġabu l-gowl tad-draw mas-siegħa logħob meta kross mill-isbaħ ta’ Zachary Grech sab lill-Olandiż Rodney Antwi li minn qagħda favorevoli tefa’ ġewwa.
Hibernians għamlu aktar minn kwarta jilagħbu b’għaxra wara li Ferdinando Apap tkeċċa wara li qala’ t-tieni karta safra.
Referee: Malcolm Spiteri.
BOV Plejer tal-Logħba: Yuri Messias (Marsaxlokk)
MOSTA…….0
BALZAN…..2
Wara nuqqas telfa u draw fl-aħħar żewġ partiti, Balzan immexxija minn Oliver Spiteri rritornaw għar-rebħ meta fit-tieni logħba tal-Ħadd fit-Tony Bezzina Stadium għelbu lil Mosta 2-0.
B’din it-telfa Mosta jibqgħu fiż-żona relegazzjoni bi 11-il punt daqs Gżira u Valletta filwaqt li Balzan żammew it-tmien post bi 17-il punt.
Wara draw ta’ mingħajr gowls sa tmiem l-ewwel taqsima, Balzan ħadu biss minuta fit-tieni taqsima biex marru minn fuq permezz tal-Isloven Aleksa Andrejic biex l-istess plejer issiġilla r-rebħa lil Balzan b’gowl ieħor fil-85 minuta.
Referee: Fyodor Zammit
BOV Plejer tal-Logħba: Aleksa Andrejic (Balzan)
