L-Armata ta’ Iżrael qalet li konkludiet fażi importanti tal-gwerra mal-Ħamas ‘bil-qerda totali’ tal-istrutturi tal-kmand tat-terroristi Palestinjani fin-naħa ta’ fuq ta’ Gaza.
Daniel Hagari, bħala l-kelliem ewlieni tal-Armata, qal li t-terroristi fit-Tramuntana ta’ Gaza, fil-preżent, mgħandhomx aktar sistemi ta’ kmand minbarra li spiċċaw limitati fil-kapaċitajiet tagħhom biex jirreżistu l-avvanzi tal-Iżraeljani.
Hagari qal ukoll li l-Iżraeljani qatlu ‘il fuq minn 8,000 terrorista fit-Tramuntana ta’ Gaza għalkemm din iċ-ċifra ma kenitx ikkonfermata mis-sorsi indipendenti.
Il-qawwiet Iżraeljani issa qed jaħsbu biex jeliminaw il-bażijiet u l-moħbiet tal-Ħamas fiċ-ċentru u n-nofsinar ta’ Gaza bħala l-fażi attwali tal-kampanja militari li ilha mill-ewwel jiem ta’ Ottubru.
Dan meta t-territorji ta’ Gaza inbidlu f’xenarju ta’ qerda totali, bil-parti kbira tal-popolazzjoni – ekwivalenti għal 2.3 miljuni – qed ikunu kostretti li jgħixu bħal refuġjati.
L-offensiva ta’ Iżrael fuq Gaza hi reazzjoni għall-attakki terroristiċi tal-Ħamas fuq il-komunitajiet tal-Iżraeljani man-naħa l-oħra tal-fruntiera…L-attakki tas-7 ta’ Ottubru swew il-ħajja ta’ 1,200 Iżraeljan, fil-parti kbira ċivili, u bil-Ħamas anki jaħtfu l-mijiet tal-ostaġġi.
//= $special ?>