Juventus kisbu rebħa importanti lejn it-tmiem kontra Salernitana, rebħa li biha jżommu l-pass ma’ Inter. Salernitana fil-vantaġġ wara 39 minuta permezz ta’ Giulio Maggiore. L-istess plejer tkeċċa fit-53 minuta wara li ntwera’ t-tieni karta safra. Juventus irrispondew mill-ewwel u ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Samuel Iling-Junior. Il-gowl tar-rebħa għal Juventus wasal fil-91 minuta permezz tal-attakkant Serb Dusan Vlahovic.
Milan kisbu l-ewwel rebħa barra minn darhom fi tliet xhur meta għelbu lil Empoli 3-0. Milan fil-vantaġġ wara 11-il minuta permezz ta’ Ruben Loftus-Cheek. Olivier Giroud irdoppja fil-31 minuta permezz ta’ penalty. Milan għalqu l-partita fit-88 minuta permezz ta’ Chaka Trarore.
Telfa mhux mistennija għaċ-champions Napoli hekk kif barra minn darhom kienu megħluba 3-0 minn Torino. Antonio Sanabria poġġa lil Torino fil-vantaġġ wara 43 minuta. Napoli sfaw jilagħbu bi player anqas fil-50 minuta meta tkeċċa Pasquale Mazzocchi. Torino għamluhom 2-0 żewġ minuti wara permezz ta’ Nikola Vlasic qabel ma’ Alessandro Buongiorno għamilhom 3-0 fis-66 minuta.
Fi Stadio Olimpico, Roma u Atalanta temmew fi draw ta’ 1-1. Teun Koopeminers poġġa lil Atalanta fil-vantaġġ wara tmien minuti. Roma ġabu l-iskor indaqs fid-39 minuta permezz ta’ penalty ta’ Paulo Dybala, liema riżultat intemmet bih il-partita.
Lazio kisbu wkoll rebħa importanti barra minn darhom bl-iskor ta’ 2-1 fuq Udinese. Luca Pellegrini fetaħ l-iskor għal Lazio wara 12-il minuta. Udinese ġabu l-iskor indaqs fid-59 minuta permezz ta’ Walace. Lazio skorjaw il-gowl deċiżiv fil-partita fis-76 minuta permezz ta’ Matias Vecino.
SERIE A
Illum
Empoli v Milan 0-3
Torino v Napoli 3-0
Udinese v Lazio 1-2
Salernitana v Juventus 1-2
Roma v Atalanta 1-1