Wasal iż-żmien li jkun hawn diskussjoni serja dwar kif il-qassisin għandhom ikollhom l-għażla li jiżżewġu.
Kienet din id-dikjarazzjoni li għamel l-Arċiqsof ta’ Malta Charles Jude Scicluna, waqt li żied jgħid li dwar din il-proposta diġa’ tkellem fil-Vatikan pero jaf li fl-aħħar mill-aħħar din mhux deċiżjoni li jista’ jieħu waħdu.
Għalfejn għandna nitilfu l-opportunità li jkollna qassis, sempliċiment għax iried jiżżewweġ kompla jargumenta l-Arċisqof ta’ Malta
L-ordni li qassis fi Knisja Kattolika m’għandux jiżżewweġ hija liġi li ila snin tiġi diskussa, pero l-awtoritajiet tal-Knisja dejjem iddefendew din ir-regola hekk kif bosta jaqblu li qassis għandu jkun dedikat biss lejn il-Knisja u għalhekk m’ għandux ikollu relazzjoni ma’ persuna oħra.
Pero din ir-regola ma kinitx hekk minn dejjem tant li fl-ewwel millenju, is-saċerdoti kellhom l-għażla li jiżżewġu. U din l-għażla għanda mill-ġdid terġa tingħatalhom, tenna l-Arċisqof.
Monsinjur Scicluna spjega wkoll kif hawn qassisin li daħlu f’din il-vokazzjoni ta’ eta żgħira u maż-żmien dawn immaturaw u saru jħobbu lil xi ħadd – u saħansitra hemm uħud li barra relazzjoni sigrieta għandhom ukoll l-ulied minn din l-istess relazzjoni. Sitwazzjoni li mhix realtà f’Malta biss imma anke madwar id-dinja.
Il-Vatikan kien viċin li jbidel din ill-liġi fl-2019, meta is-Sinodu tal-Isqfijiet kien ivotta b’maġoranza assoluta li irġiel miżżewġa fl-Amazon ikollhom permess li jiżżewġu biex b’hekk jintlaħqu l-ħtiġijiet li kien hemm bżonn fil-Knisja Brażiljana. Madanakollu d-deċiżjoni finali ma tiddependix fuq is-Sinodu imma mill-Papa, li fil-preżent għadu pjuttost xettiku dwar din il-bidla.
Fl-istess hin pero l-Arċisqof temm jgħid li din il-bidla m’ għandix tkun abbażi tal-kriżi li bħalissa tinsab fiha il-Knisja minħabba n-nuqqas ta’ qassisin – għax fl-aħħar mill-aħħar il-vokazzjoni tidependi mill-fidi u mir-relazzjoni li persuna jkollha ma Alla.
//= $special ?>