Anders Behring Breivik , l-agħar qattiel tal-massa fl-istorja moderna tan-Norveġja, qed jinsisti li s-sentenza ta’ priġunerija li kien weħel fl-2012 hi waħda ‘illegali’. Hu, fil-preżent, qed jgħix waħdu f’kumpless ta’ ħabs fejn ma jistax ikollu l-kuntatti man-nies anki jekk qed igawdi l-kumditajiet kollha.
Breivik se jibqa’ jissemma bħala l-estremista tal-lemin li fl-2011 qatel 77 żgħażagħ fost l-isparaturi fuq il-gżira ta’ Utoya. L-aggressur kien ilu jippjana l-attakk u kien anki libes l-uniformi ta’ pulizija biex jaħbi l-intenzjonijiet qattiela tiegħu meta infiltra l-kamp għaż-żgħażagħ li kienu memnbri ta’ grupp politiku tal-lemin.
Intant, Breivik, għada t-Tnejn, se jipprova – għat-tieni darba – iressaq rikors kontra l-Istat tan-Norveġja talli, allegatament, abbuża d-drittijiet umani tiegħu.Il-qattiel qed jgħid li l-fatt li ilu l-aħħar snin jiskonta l-priġunerija waħdu jammonta għal trattament inuman taħt il-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet Umani.
//= $special ?>