Lokali

Raġel jittajjar waqt li kien qed jaqsam wara li seħħet ħabta bejn żewġ karozzi fil-Ħamrun

Anzjan ta’ 78 sena residenti l-Ħamrun, dalgħodu għall-ħabta tal-9:45, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li ttajjar minn karozza fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura oħra misjuqa minn raġel ta’ 53 sena residenti Santa Venera, b’konsegwenza li waħda mill-vetturi laqtet lill-anzjan li dak il-ħin kien qed jaqsam.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.