Kontinwità.
Dan huwa l-legat ta’ Gvern Laburista li fl-aħħar għaxar snin xeħet diversi setturi fi kriżi enormi; kemm f’dik li għandha x’taqsam mas-saħħa, edukazzjoni, traffiu u Air Malta – bini bla rażan u aljenazzjoni totali mill-ambjent ta’ madwarna.
Il-Ħadd filgħodu, waqt attività politika l-Mexxej Laburista Robert Abela wera biċ-ċar li mexa fuq il-passi tal-Prim Ministru ta’ qablu Joseph Muscat … reġa’ beda jfaħħr minkejja l-iskandli kollha li sal-lum għadna qed insiru nafu bihom. B’numru ta’ esperti jisħqu li Abela qed idawwar in-narrattiva għax issa hekk qed jaqbillu.
L-istess Muscat li sforz kemm Abela qed jibża’ minnu li spiċċa sab refuġju fuq stazzjon televiżiv indipendenti milli fuq is-Super One.
Dan minkejja li sa ftit tal-ġimgħat u tax-xhur ilu qatt ma ħass li kellu jiddefendi lil predeċessur tiegħu li kien ingħata t-titlu internazzjonali tal-aktar bniedem korrott tal-2019.
Partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam id-deal tal-Isptarijiet – deal li l-Qorti għal darba darbtejn iddikjaratu frawdolenti bil-Gvern saħansitra ħati ta’ kollużjoni, iżda Abela fl-ebda mument ma ħass li kellu jiddefendi lil ta’ qablu, anzi dejjem ċaħad li kellu x’jaqsam minkejja li saħansitra meta sar it-trasferiment bejn Vitals u Steward huwa kien il-konsulent legali tal-istess Joseph Muscat.
U minkejja kollox, sal-lum Abela għadu jirrezisti li jġib flus il-poplu lura, €400 miljun.
Minkejja kollox il-poplu qed isofri l-legat ta’ tmexxija Muscat Abela fosthom; ir-racket ta’ frodi fil-benefiċċji soċjali u l-iskandlu tal-liċenzji tas-sewqan, li raw il-bidu tagħhom fl-2019.
Sforz il-biża’ li jkompli jitlef aktar il-fiduċja ta’ madwaru…Abela reġa’ qed jiprova jdur għas-segwati interni ta’ Muscat ….. fost oħrajn billi ra kif għamel u ħeles minn Chris Fearne u saħansittra ħoloq Segretarjat ġdid u tah lil Glenn Beddingfield – il-ħabib ta’ Joseph Muscat.
Madanakollu, filwaqt li huwa mehdi fit-taqbid intern, il-Prim Ministru naqas milli jagħti soluzzjonijiet konkreti għall-isfidi li qiegħed jaffaċja l-poplu Malti u Għawdxi; fosthom il-piż tal-għoli tal-ħajja, is-sitwazzjoni dizastruza fl-isptarijiet u l-problema tal-mediċini out-of-stock, id-dejn ta’ pajjiżna, it-traffiku li ħonoq it-toroq ta’ pajjiżna, u l-ekonomija ibbazzata fuq ic-cheap labour u l-prekarjat.
Ironikament, fl-istess attività politika tkellem il-Ministru għall-intern Byron Camilleri … li minkejja li l-karriera politika tiegħu hija kkaratterizzata minn fallimenti u skandli varji Abela ma rnexxilux jeħles minnu.
Dan minkejja li saħansitra inkjesta interna wriet iswed fuq l-abjad li l-istat kien falla lil Bernice Cassar nee Cilia – b’dan il-falliment hi u diversi oħrajn ħalsu b’ħajjithom.
Iżda mhux biss hekk kif taħt it-tmexxija ta’ Camilleri pajjiżna s’issa ra 3 diretturi tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, u nuqqas ta’ azzjoni assoluta minn naħa tal-Kummissarju tal-Pulizija f’każijiet li jinvolvu direttament il-kuriduri ta’ Kastilja. Minkejja dan kollu Camilleri s-Sibt tħalla mal-mejda tad-deċiżjonijiet waqt li ħaddieħor twarrab għal raġunijiet li s’issa għadhom mistura.
//= $special ?>