Internazzjonali

Stati Uniti: Kollox imħejji għas-serata tal-Golden Globes, f’Los Angeles

Dawk kollha involuti fl-industrija tal-films ta’ Hollywood qed jistennew b’ansjetà għar-rebbieħa tal-Golden Globes ta’ din is-sena…Premjijiet li, l-istess bħall-Oscars, jirrikonoxxu l-eċċellenza u l-aqwa interpretazzjonijiet fil-qasam taċ-ċinema.

Is-sena li għaddiet kienet waħda sinifikanti għaċ-ċinema internazzjonali, bil-films Barbie,  li għandu disa’ nominazzjonijiet għal Globe u Oppenheimer,  bi tmienja, jiddominaw il-box office fl-Istati Uniti u madwar id-dinja.

Iċ-ċerimonja għall-preżentazzjoni tal-Globes se ssir matul il-lejl f’Los Angeles u fost il-films l-oħra nominati hemm Killers of the Flower Moon, Poor Things u Past Lives.

Intant, The Crown, Succession u The Last of Us huma fost il-produzzjoinjiet innominati għal Golden Globe fil-kategorija tat-televiżjoni .