SLIEMA W……………2
GUDJA U……………. 0
Sliema Wanderers: R. Al Tumi, J. Borg, M. Beerman, G. Alcino (84’ N.Frendo), E. Agius(76’ M. Scerri), D. Kouao, J. Adukor (65’ J. Minala), f. Henrique , S. Gomes, (65’ G. Acheampong), L. Micallef, M. Awad (76’ J. Engerer)
Gudja United: J. Spiteri, A. Brenner, G. Lorenzoni, S. Cipriott (62’ W. Serrano), S. Attard, J. Arthur, G. Mensah(86’ L. Gatt), R. Mendes, Z. Grech, M. Esposito, G. Zammit (74’ M. Conti)
Referee: Alex Johnson
Assistenti Referees: Roberto Vella u Jareth Grima
BOV Plejer tal-Logħba: Lydon Micallef
Ikompli l-mument pożittiv ta’ Sliema Wanderers f’dan il-kampjonat meta fl-ewwel logħba tal-Ħadd għelbu lil Gudja United 2-0 biex b’hekk ikkonsolidaw posthom fit-tielet post b’din ir-raba’ rebħa konsekuttiva.
Min-naħa l-oħra Gudja jibqgħu l-uniku tim bla rebħa fil-kampjonat fejn aktar ma’ jgħaddi aktar jidher li se tkun diffiċli għal dan it-tim biex iżomm postu mal-kbar tal-futbol Malti.
Sliema fetħu l-iskor fl-40 minuta meta Joachim Adukor kompla ġewwa l-korss tal-plejer tal-logħba Lydon Micallef biex l-ewwel taqsima ntemmet 1-0 favur it-tim immexxi minn Paul Zammit.
Fit-tieni taqsima Gudja provaw iwettqu reazzjoni iżda ma rnexxilhomx iġibu l-gowl tad-draw biex fit-80 minuta kross ieħor ta’ Lydon Micallef sab lil Geoffrey Acheampong li bir-ras tefa’ wara Justin Spiteri għat-tieni gowl Slimiż.
Tliet minuti wara Gudja spiċċaw jilagħbu b’10 meta Wlater Sreeano dabbar it-tieni karta safra biex sat-tisfira finali l-iskor baqa’ dak ta’ 2-0 favur Sliema Wanderers.
//= $special ?>