Anzjana ta’ 90 sena ittellgħet, ħajja, minn taħt it-tifrik tal-bini li ċeda waqt it-terremot devastanti li laqat iċ-ċentru tal-Ġappun fil-bidu tas-sena.
It-terremot, li rreġistra 7.5 fuq l-Iskala Richter, ħalla ħerba sħiħa qalb iz-zoni tal-kosta mal-Baħar tal-Ġappun, b’numru kbir ta’ djar jikkrollaw fil-penisola ta’ Noto. Intant, l-anzjana kienet ilha l-aħħar jiem mirduma taħt il-fdalijiet ta’ bini fil-belt ta’ Suzu.
L-awtoritajiet Ġappuniżi issa konfermaw li mietu aktar minn 120 fit-terremot tal-ewwel tas-sena, b’200 ikunu rappurtati nieqsa.
Intant, ir-rapporti qalu li għexieren ta’ membri tal-iskwadri tas-salvataġġ kienu marru fl-inħawi ta’ Suzu wara li saru jafu bis-sitwazzjoni disprata ta’ żewġ nisa li ntradmu ħajjin.
U t-tfittxija intensiva ħalliet il-frott, bil-ħaddiema jtellgħu lill-anzjana li kienet f’kundizzjoni stabbli minkejja li qed tbati mill-effetti tal-ħipotermja. Il-mara l-oħra wkoll instabet ħajja u meta, bħalissa, qed tkun trattata għall-pneumonia.
//= $special ?>