Lokali Parlament

13,459 persuna reġistrati bħala bdiewa full-time jew part-time


Fl-2023 kien hemm 13,459 persuna reġistrati bħala bdiewa full-time jew part-time.


Jerome Caruana Cilia staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, mill-2018 sena b’sena. Il-Ministru Anton Refalo wieġeb li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.


Jirriżulta li fl-2018 kien hemm 9,656 bidwi reġistrat, fl-2019 kien hemm 10,214, fl-2020 kien hemm 11,008, fl-2021 kien hemm12,008, fl-2022 kien hemm 12,781 u fl-2023 kien hemm 13,459.