Lokali Temp

ATTENTI: Twissija ta’ riħ qawwi sa tard bil-lejl

L-uffiċċju Meterjoloġiku qed iwissi li s-sigħat li ġejjin se jibqgħu dominati minn riħ qawwi ħafna, ġej mill-Punent.

Sal-lejla, ir-riħ se jlaħħaq Forza 7.

Ir-riħ qawwi se jwassal ukoll sabiex it-temperaturi f’dawn il-jumejn jinżlu għal 10 gradi celcius. Bil-previżjonijiet juru li sas-Sibt, it-temperatura se tinżel saħansitra 9 gradi celcius.