Il-Prim Ministru ta’ Bangladesh, Sheikh Hasina, kisbet mandat ġdid ta’ poter – ir-raba’ wieġed konsekuttiv – wara elezzjoni mill-aktar kontroversjali.
B’hekk Hasina għandha sservi fit-tmexxija ta’ pajjiżha għal ħames snin oħra – bil-partit tagħha, il-Lega Awami, u l-alleati tiegħu jirbħu 223 fost it-300 siġġu fil-Parlament.
Fl-istess ħin, mistenni li s-siġġijiet l-oħra wkoll jispiċċaw ikkontrollati mil-Lega Awami u l-alleati ta’ Hasina wara li l-Partit Nazzjonalista ta’ Bangladesh – l-akbar entità tal-Oppożizzjoni – għażel li jibbojkottja l-elezzjoni.
L-istess partit tal-Oppożizzjoni qed ifisser l-elezzjoni bħala eżerċizzju finta u inġust – bir-rebħa għal Hasina tkun anki konfermata wara l-arresti tal-massa tal-kapijiet u s-sostenituri tiegħu.
Iċ-ċifri uffiċjali f’Dhaka jissuġġerixxu li ħarġu jivvutaw 40 fil-mija biss tal-popolazzjoni – u bil-kritiċi qed jgħidu li anki dan l-ammont seta kien ‘eżaġerat’ biex jaħbi l-ħafna aspetti inaċċettabbli tal-elezzjoni.
//= $special ?>