Wara r-reshuffle li tħabbar li tmiem il-ġimgħa, it-Tnejn filgħodu dawk li ingħataw kariga ġdida ħadu l-ġurament fil-Palazz tal-Belt. Bid-deputat Chris Bonett jinħatar Ministru għat-Trasport, l-Infrastrutura u x-Xogħolijiet Pubbliċi sabiex b’hekk ħa post Aaron Farrugia.
Fiċ-ċerimonja li saret it-Tnejn filgħodu, Malcolm Paul Agius Galea inħatar Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva
Omar Farrugia sar Segretarju Parlamentari għax-Xogħolijiet Pubbliċi. U Glenn Bedingfield inħatar Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika.
Dan ir-reshuffle bla dubju li ħolqot aktar tensjoni fil-qalba tal-Labour. B’diversi deputati Laburisti li diġa’ qed jippuntaw għal post Chris Fearne fil-kariga ta’ Deputat Mexxej.
Bir-reshuffle, Aaron Farrugia tqaċċat għal kollox mill-Kabinett wara li kien ilu Ministru mill-2017 – konferma li Robert Abela ma kellux fiduċja f’Aaron Farrugia bħala Ministru tat-Trasport.
F’post fuq il-midja soċjali d-Deputat Laburista Aaron Farrugia qal li fit-tajjeb u fil-ħażin dejjem serva bħala Ministru bl-aħjar mod possibli. L-istess Ministru li kontinwament kien jaħrab milli jirrispondi l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti u li kien sostna li l-konġestjoni tat-traffiku qed jiġi kkawżata mill-festi.
Iżda apparti Aaron Farrugia, Abela ma biddel prattikament xejn. U ħalla l-istess Kabinett. Tant li l-Partit Nazzjonalista sejjaħ dan ir-reshuffle bħala wieħed “kosmetiku”.
Dan apparti li skont dak żvelat minn sorsi mill-kurituri ta’ Kastilja, il-Ministru Byron Camilleri u l-Ministru Clyde Caruana sabbtu saqajhom sabiex jibqgħu jokkupaw il-karigi tagħhom.
//= $special ?>