Futbol Sport

Dorival Jr huwa l-kowċ il-ġdid tal-Brażil

(Ritratt: EPA)

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil appunta lil eks kowċ ta’ Sao Paolo Dorival Jr biex imexxi lis-Selecao, bit-tama li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-2026.

Fi tmiem il-ġimgħa Dorival irriżenja minn kowċ ta’ Sao Paolo biex ikun jista’ jmexxi lil pajjiżu hekk kif it-tim kien immexxi mill-interim coach Fernando Diaz li kien tpoġġa jmexxi l-iskwadra wara t-tkeċċija ta’ Tite wara d-diżappunt fit-Tazza tad-Dinja tal-Qatar.

Fl-ewwel kummenti li ta, Dorival qal li din hija ‘ħolma li saret realta’

Bħalissa l-Brażil jinsabu fis-sitt post ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2026, proprju l-aħħar post ta’ kwalifikazzjoni awtomatika u mingħajr il-bżonn ta’ play-off.

L-ewwel impenji ta’ Dorival se jkunu żewġ partiti ta’ ħbiberija f’Marzu li ġej kontra l-Ingilterra u Spanja li t-tnejn se jintlagħabu fl-Ewropa.