Internazzjonali

Franza: Elisabeth Borne tirriżenja minn Prim Ministru fost l-istennija għal reshuffle fil-Kabinett ta’ Macron

Il-Prim Ministru ta’ Franza, Elisabeth Borne, qed tispiċċa mill-kariga wara anqas minn sentejn f’dan ir-rwol.

Ir-riżenja tagħha tħabbret fi żmien meta l-President Franċiż, Emmanuel Macron, mistenni jwettaq reshuffle fil-Kabinett qabel l-elezzjonijiet tal-Ewropa programmati għal aktar tard din is-sena.

Il-President Macron. fi stqarrija, faħħar lil Borne għall-‘kuraġġ u determinazzjoni’ li wriet bħala Prim Ministru u meta għalissa mhux magħruf minn se jilħaq minflokha.

Elisabeth Borne se tibqa’ bħala Aġent Prim Ministru sakemm jintagħżel is-suċċessur tagħha ‘il quddiem.

Dan wara li hi serviet bħala t-tieni Prim Ministru mara fl-istorja ta’ Franza wara Edith Cresson li kellha l-istess rwol — bejn l-1991-92 — taħt l-eks President Franċiż Francois Mitterrand.