Gowl f’kull taqsima kien biżejjed biex Manchester United barra minn darhom għelbu lil Wigan Athletic bl-iskor ta’ 2-0 u b’hekk avvanzaw għar-raba’ rawnd tal-FA Cup.
Manchester United marru fil-vantaġġ fit-22 minuta permezz tad-difensur lateral Diogo Dalot. Ir-Red Devils irdoppjaw fl-74 minuta permezz ta’ penalty ta’ Bruno Fernandes.
Intant qabel din il-partita ttellgħu l-poloz tar-raba’ rawnd tal-FA Cup fejn fost il-partiti jispikkaw il-konfronti bejn Tottenham kontra Manchester City u Chelsea kontra Aston Villa. Fl-istess rawnd, Liverpool se jilagħbu bejn ir-rebbieħ tal-partita bejn Norwich City u Bristol Rovers, Manchester United se jilagħbu kontra r-rebbieħ bejn Newport County u Eastleigh filwaqt li Newcastle se jilagħbu barra minn darhom kontra Fulham.
//= $special ?>