Il-bdiewa fil-Ġermanja qed jimblukkaw it-toroq fl-ibliet prinċipali fost il-protesti kontra l-qtugħ fis-sussidji tal-Gvern. L-aktar xeni drammatiċi qed isiru f’Berlin, fejn il-bdiewa fil-kapitali parkjaw il-mijiet tat-trakkijiet u tractors viċin l-Aċċess famuż ta’ Brandenburg.
Kienu rappurtati azzjonijiet simili fl-inħawi ta’ Baden-Wurttemberg, il-Bavarja, Sassosnja u r-reġjun ta’ Rhine-Westphalia, bis-sitwazzjoni mistennija tkompli matul il-jiem li ġejjin.
Il-qtugħ fis-sussidji kienu deċiżi bħala miżura biex tnaqqas mill-impatt tal-kriżi fil-baġit –u wara li Qorti deċidiet li l-baġit tal-Gvern Ġermaniż għal din is-sena kien illegali.
Madankollu, il-qtugħ ħolqu ferment u għadab kbir u l-Gvern qed jinkwieta li l-kwistjoni kapaċi żżid il-popolarità tal-gruppi estremisti tal-lemin fil-pajjiż u li qegħdin jikbru bħala forza politika.
Il-Ministru tal-Intern tal-Ġermanja, Nancy Faeser, wissiet li l-azzjonijiet tal-bdiewa qed joħolqu inkonvenjent kbir għan-nies li jridu jmorru għax-xogħol u għall-istudenti li qed jattendu l-iskola — biċ-ċirkustanzi jixprunaw rabja fost iċ-ċittadini li nqabdu f’din is-sitwazzjoni.
Iżda l-bdiewa rabjati mhumiex lesti biex iwaqqfu l-azzjonijiet u meta l-assoċjazzjoni tagħhom – id-DBV — kompliet issejjaħ biex il-Gvern jirtira mid-deċiżjoni li xprunat dawn il-protesti.
//= $special ?>