Il-Ministru Chris Bonett wiegħed li se jaħdem biex itaffi l-problema tat-traffiku.
Il-Ministru l-ġdid tat-traffiku għamel din l-istqarrija ftit tal-mumenti biss wara li ħa l-ġurament tal-ħatra.
F’kummenti lill-ġurnalisti, Bonett stqarr li hemm bżonn l-input ta’ kulħadd sabiex tiġi indirizzata din il-kriżi.
“Ilni 5 minuti Ministru. Bil-mod, bil-kalma. Nistudjaw l-affarijiet. Nitkellmu man-nies. U naraw kif nistgħu nallevjaw l-affarijiet.”
Il-Ministru wiegħed kemm azzjonijiet immedjati, u anke azzjonijiet fit-tul.
//= $special ?>