Ingliża ta’ 42 sena li kienet Malta għal tal-apposta biex tara lis-sieħeb tagħha, li hu Malti waqt il-vaganzi tal-Milied inżammet arrestata wara li ġie mixlija li tgħatu daqqa ta’ sikkina. Sarah Howe wieġbet mhux ħatja li ħarget sikkina minn kexxun u tagħtu daqqa biha f’koxxtu. Il-ferita kienet ikklasifikata bħala waħda ta’ natura ħafifa.
Il-Purosekuzzjoni qalet li kemm l-vittma kif ukoll l-akkużata kienu taħt l-effett tax-xorb u saħansitra żiedet tgħid li meta sar l-arrest Howe kienet għadha taħt l-effett tal-alkoħol. Hija ġiet mixlija wkoll li użat kliem ta’ theddid fil-konfront tal-allegat vittma.
L-avukat tad-difiża Lennox Vella talab għal libertà proviżorja, bil-prosekuzzjoni toġġezzjona bil-qawwa kollha minħabba n-natura tal-każ u l-biża tal-kontaminazzjoni tal-provi. Il-Qorti caħdet it-talba għall-pleġġ minħabba n-natura tal-każ u talbet lid-Direttur tal-ħabs biex l-imputata tiġi eżaminata psikologikament sabiex tingħata l-għajnuna kollha possibbli.
Talba mill-Prosekuzzjoni mmexxija mmexxija mill-Ispettur Sherona Buhagiar għal ordni ta’ protezzjoni kienet milqugħa mill-Qorti.