L-iskandlu tal-beneficcji socjali juri kif pajjiżna spiċċa ivvalenat.
Hekk iddikjara l-Arcisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles Scicluna fl-intervista li ta il-Ħadd lit-Times, fejn tkellem fit-tul dwar diversi realtajiet li qed nesperjenzaw bħala poplu.
Monsinjur Charles Scicluna tkellem dwar il-mentalità ta’ “inqdejt jien, inqeda kulħadd”…qed tkissirna. Bl-Arcisqof jinsisti li l-idea li ssir sinjur żgħir akkost ta’ kollox, qed tkissirna. Dan meta għandna nies fis-socjeta tagħna li mhux ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar.
Monsinjur Scicluna tkellem dwar dik li sejjaħ kriżi soċjali f’pajjiżna – xi ħaġa li l-knisja wkoll għandha taħdem fuqha. Dan apparti li semma’ kif anke l-Oppożizzjoni trid tkun aktar voċifera.
L-Arcisqof insista wkoll illi l-Istat jeħtieġ jimmatura. U saħaq li anke fejn jidħol l-ambjent, qed nassistu għal traġedja kbira – speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-operat tal-Awtorità tal-Ippjanar. Fi tmiem l-intervista, Monsinjur Scicluna appella biex il-President li jmiss ikun persuna li jgħaqqad il-pajjiż.
//= $special ?>