Lokali Parlament

Jeħtieġ garanziji biex Malta ma tintużax għal trasferiment ta’ oġġetti storiċi li nkisbu b’abbuż


Claudette Buttigieg, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li jeħtieġ garanziji biex Malta ma tintużax għal trasferiment ta’ oġġetti storiċi li nkisbu b’abbuż.


Fil-parlament Claudette Buttigieg tkellmet dwar l-importanza tar-riċerka fil-patrimonju storiku u appellat biex dan jingħata l-importanza neċessarja. Hi sosntiet li għandu jkun hemm iċ-ċertezza legali fil-każi ta’ persuni li jġbu f’Malta patrimonju kulturali li huma jkollhom fil-pussess tagħhom.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li r-residenza tal-UE jafu li għandhom l-obbligu li juru li l-oġġetti storiċi li qed iġorru magħhom huma fil-fatt tagħhom. Qatt daqs illum ma nħasset il-ħtieġa li l-konvenzjonijiet tal-UNESCO u konvenzjonijiet oħra dwar serq ta’ wirt storiku jkunu ffirmati għaliex dawn inkitbu f’realtajiet differenti.


Dan hu suġġett ta’ importanza nazzjonali għaliex il-protezzjoni tal-wirt storiku għandu tinkludi dawk l-oġġetti ta’ valur li jirrappreżentaw l-identità Maltija iżda hemm ukoll oġġetti li ġew f’Malta b’mod legali li wkoll iridu jkunu protetti, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li appellat biex Malta ma tintużax għal skopijiet ta’ min irid oġġetti storiċi li jkunu nkisbu b’mod abbużiv. Malta tinsab f’pożizzjoni dgħajfa għaliex ma ffirmatx il-konvenzjonijiet u għalhekk mhijiex tattwahom.


Dan hu ż-żmien li fih għandhom jittieħdu l-azzjonijiet, sostniet Claudette Buttigieg, li appellat biex il-wirt storiku tal-Kottonera jingħata valur. Jeħtieġ li l-liġijiet Maltin ma jiffokawx biss fuq kollezzjonijiet iżda jinfirxu għal kollezzjonijiet u wirt storiku ieħor.