Albaniż ta’ 24 sena ġie mixli u nżamm arrestat fuq allegat każ ta’ vjolenza domestika fil-konfront tal-eks sieħba tiegħu. Defrim Rama wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Sherona Buhagiar qalet li fit-22 ta’ Awwissu tfajla flimkien mal-ġenituri tagħha għamlet rapport fuq vjolenza domestika fil-konfront ta’ Rama. Qalet li wara li t-tfajla temmet r-relazzjoni, hu xorta baqa javviċinha u saħansitra kien hemm drabi fejn anke tfaċċa quddiem il-bieb tal-post fejn taħdem.
Aktar tard matul is-sena l-Ispettur qalet li l-pulizija daħħlilha rapport ieħor mill-istess tfajla fejn allegat li l-eks sieħeb tagħha avvicinaha fuq il-post tax-xoghol u meta raha fil-preżenza ta’ persuna oħra ta’ sess maskili, ħareġ muss għaliha.
L-ispettur qalet ukoll li riċentament missier it-tfajla informa u rrapporta lill-Pulziija li l-akkuzat qed jogħqod viċin tagħhom, li qed jibgħatlu l-messaġġi biex iħallih joħroġ mill-ġdid ma’ bintu kif ukoll beda jgħeddu li se jaħtafha jew joqtol lilu jekk ma jħallijiex tagħmel dan.
L-ispettur Buhagiar qalet ukoll li l-Pulizija kienet ilha minn Awwissu tfittex liż-żgħazuħ. Id-difiża permezz tal-avukat Lenox Vella talbet għal ħelsien mill-arrest, bil-prosekuzzjoni toġġezzjona bil-qawwa kollha. L-avukat argumenta li l-akkużi jmorru lura għal Awwissu.
Qal ukoll li id-difiża ma temminx li f’dan l-istadju m’għandux jinżamm arrestat. Il-Prosekuzzjoni wieġbet li l-Pulzija fittxet lill-imputat f’diversi residenzi, inkluż ir-residenza ta’ ħuh, b’rizultat li qatt ma sabitu. Wara li semgħet l-argumenti tal-partijiet, il-Qorti ċaħdet t-talba għal ħelsien mill-arrest minħabba in-natura tal-każ, kif ukoll minħabba li għad irridu jixhdu l-allegati vittmi.
Il-Magistrat Grima qalet li l-Qorti m’għandix is-serħan tal-moħħ li l-akkużat se jogħqod mal-kundizzjonjiet imposti fuqu u għaldaqstant għandu jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
//= $special ?>