Mara ta’ 33 sena minn Santa Venera ġie illiberata minn akkużi li kisret il-kundizzjonijiet tal-Qorti wara li ġiet mixlija quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima. L-ispettur Nico Zarb xehed li fis-6 ta’ Jannar gie infurmat mill-ghassa tal-Hamrun li hemm Amanda Borg Manduca tgħajjat lil ġara tagħha biex tiftħila minħabba li kienet tilfet iċ-ċwievet tal-komun.
Mill-investigazzjoni li għamlet il-pulizija saret taf li l-akkużata kienet tinsab barra mill-ħin ta’ rinkażar. L-Ispettur qal li Borg Manduca għandha l-vizzju tad-droga u ma jkunx sew li tiġi lliberata. L-avukat tagħha Josè Herrera qal li l-intenzjoni tagħha żgur li ma kienx li tikser il-kundizzjonjiet tal-ħelsien mill-arrest, tant hu hekk li qadet tistenna lil ġara tagħha quddiem il-bieb tal-komun fil-karozza tagħha, bit-tama li tiġi u tiftħilha.
Il-Qorti illiberat lil Amanda Borg Manduca minhabba nuqqas ta’ provi. Ghall-imputata dehru l-avukati Jose Herrera u Martina Herrera.