L-Aġenzija tal-Ispazju NASA għadha kemm tellgħet rokit tat-tip Vulkan waqt missjoni ambizzjuża oħra — u bil-ħsieb li l-Aġenzija tniżżel inġenju robotiku fuq il-qamar.
It-tlugħ seħħ minn Cape Canaveral fl-Istat ta’ Florida u meta r-rokit qed iġorr inġenju magħruf bħala Peregrine lunar lander. Dan fost it-tamiet li l-lander, fil-ġimgħat li ġejjin, jinżel mingħajr intoppi fuq il-wiċċ tal-qamar.
L-inġenju inkwistjoni għandu ħames strumenti xjentifiċi għall-aġenzija NASA u hemm tamiet kbar li l-missjoni tirnexxi fl-iskop tagħha.
Jekk il-Peregrine Lander jirnexxilu jagħmel inżul pefett fuq il-qamar, dan għandu jkun l-ewwel suċċess ta’ dan it-tip għan-NASA wara l-missjonijiet leġġendarji bir-rokits ta’ Apollo, matul is-sittinijiet u s-snin sebgħin.
Mistenni li l-inġenju robotiku għandu jipprova jikkonkludi l-inżul fuq il-qamar fit-23 ta’ Frar,
//= $special ?>