Tkompli tikber il-problema ta’ nuqqas ta’ sodod fl-Isptar Mater Dei. Dan hekk kif ma’ kull jum li jgħaddi qed ikompli jikber in-numru ta’ pazjenti li minkejja li jinsabu rikoverati l-Isptar, għadhom qed jistennew biex jingħataw sodda u ward.
Persuna li tkellmet ma’ Net News spjegatilna kif missierha ilu ġimgħa sħiħa rikoverat l-Isptar fuq stretcher jistenna sabiex jingħata sodda u ward.
Issa jidher li apparti l-waiting list sabiex persuna tagħmel intervent jew saħansitra tingħata appuntament għall-outpatients, issa jidher li hemm waiting list oħra biex pazjenti ikun jista’ jingħata sodda meta jiġi ‘admitted’ Mater Dei.
Proprju ftit tal-jiem ilu, qabel ma nħatar Ministru tas-Saħħa, Jo Etienne Abela qalina li l-Gvern Laburista mhu se jkun qed jagħmel xejn dwar il-problemi kbar li hemm bħalissa Mater Dei għaliex fi kliemu “impossibli li tissolva”.
//= $special ?>