Lokali

Avviż: Il-Kanella Mitħun tad-dittà Jauja m’għandux jiġi kkunsmat

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, il-prodott Kanella Mitħun (Cinnamon) tad-dittà Jauja m’għandux jiġi kkunsmat.

Dan minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ merkurju u idrokarbonji ta’ żejt minerali.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt.

Tags