Gabriel Attal se jkun il-Prim Ministru ġdid ta’ Franza, bl-aħbar tingħata fi żmien meta Emmanuel Macron qed jaħtar Gvern ġdid bil-ħsieb li li l-Presidenza tiegħu tiegħu ftit tan-nifs wara xhur ta’ problemi fuq livell nazzjonali.
Attal, fl-età ta’ 34 sena, hu l-iżgħar Prim Ministru fl-istorja tal-pajjiż u b’hekk qed jikser ir-rekord tal-eks Prim Ministru Soċjalista Laurent Fabius, li kien għad għandu 37 sena meta, fl-1984, inħatar f’din il-kariga mill-eks President Franċiż Francois Mitterrand.
Intant, Gabriel Attal qed jieħu post Elisabeth Borne li rriżenjat minn Prim Ministru wara biss 20 xahar fil-kariga
//= $special ?>