Stanley Zammit, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Stanley Zammit sostna fil-parlament li minkejja l-proposti tal-Oppożizzjoni, il-gvern mhux jimplimenta r-riforma fil-kostruzzjoni b’mod ħolistiku.
Fl-Aġġornament tal-parlament Stanley Zammit tkellem dwar il-liċenzjar tal-kuntratturi u qal li ħareġ ċar li l-gvern jaqbel mal-proposti tal-Oppożizzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-kuntratturi u l-implimentazzjoni tal-iskills cards u l-miżuri dwar l-assigurazzjoni.
Minkejja dan, il-gvern iħoss li dan mhux il-mument opportun biex dawn jiddaħħlu u għalhekk se jimplimentahom bis-sulluzzju biex ħalla vojt fosthom li l-ħaddiema fis-siti tal-kostruzzjoni jkunu inxurjati. Hu appella biex ir-riforma fis-settur tal-kostruzzjoni tttwettaq b’mod ħolistiku u bla burokrazija.
Id-deputat Nazzjonalista qal li kien ta’ sodisfazzjon li l-festi Maltin kienu dikjarati wirt intanġibbli mill-UNESCO u sellem lill-voluntiera li qed ikomplu jsaħħu u jsebbħu l-festi Maltin. Hu staqsa x’se jsir ġdid aktar u aktar issa li l-fest ingħataw dan it-titlu biex dna il-patrimonju jun imħares u jissaħħaħ. Se jiġri bħal ma ġara fil-Ġgantija fejn kienu injorati r-rekwiżiti tal-ippjanar?
Stanley Zamit appella biex ma jkunx hemm burokrazija żejda biex l-għaqdiet volontarji jieħu l-għajnuna u biex din l-għajnuna ma titqassamx biss skont id-distrett tal-ministru responsabbli. Hu staqsa meta l-għaqdiet se jibdew jieħdu l-VAT lura, meta se jkun hemm sistema inqas burokratika u meta se jkun hemm rati speċjali għall-kirjiet ta’ arloġġi tad-dawl u l-ilma biex l-għaqdiet ma jħallsux b’rati kummerċjali. Il-festi għandhom bżonn il-protezzjoni, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li l-gvern għadu jaħdem għal soluzzjonijiet għall-każini fejn il-proċess weħel.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-policies għandhom ikunu riveduti biex ikun assigurat li l-kmamar tan-nar joperaw b’mod sigur għalihom u għal ta’ madwarhom u jkun hemm garanziji fejn dawn se jaħarqu n-nar tagħhom.