Internazzjonali

Il-Korea ta’ Fuq: Kim Jong-un jagħlaq sninu….jew forsi le

Id-dittatur tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong Un, qed jingħad li għalaq 40 sena – madankollu ħadd mhu ċert ‘mija-fil-mija’ dwar il-ġurnata ta’ għeluq sninu.

Il-Mexxej komunista, fil-fatt, qatt ma żvela dettalji dwar għeluq sninu u l-osservaturi tal-iżviluppi fil-Korea ta’ Fuq qed ikollhom ‘jikkalkulaw’ kemm, fil-verità, għandu żmien Kim Jong Un.

Il-kalkoli, għalissa, huma li Kim seta’ għalaq 40 nhar it-Tnejn li għadda – il-jum meta ħarġu ritratti uffiċjali tiegħu u ta’ bintu waqt żjara f’razzett tal-Istat.

Għall-kuntrarju, għeluq is-snin tal-eks-Mexxejja tal-Korea ta’ Fuq – Kim Il Sung u Kim Jong Il ( in-nannu u l-missier ta’ Kim Jong Un) – dejjem kienu ċelebrati bil-kbir u fuq bażi nazzjonali minbarra li għadhom sallum ġranet ta’ vaganza għall-poplu.