Lokali Parlament

Is-soluzzjoni għall-paċi fil-Lvant Nofsani hi l-ħolqien ta’ Stat Palestinjan u Stat Iżraelit


Albert Buttigieg, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg sostna fl-Aġġornament tal-parlament li s-soluzzjoni għall-paċi fil-Lvant Nofsani hi l-ħolqien ta’ Stat Palestinjan u Stat Iżraelit.


Hu tkellem fuq il-gwerra li bħalissa qed jseħħ bejn Iżrael u l-Palestina, b’mod partikolari f’Gaza bil-periklu li dan l-inkwiet jinfirex f’artijiet oħra. Il-massakru fuq il-poplu Palestinjan f’Gaza mhuwiex aċċettabbli għal kull min jirrispetta d-dinjità umana.


Hu qal li n-newtralità ta’ Malta ma tfissirx li nibqgħu ċassi quddiem il-ħazin, li nagħlqu għajnejna quddiem dak li mhux sewwa jew li ndawwru wiċċna quddiem dawn l-attroċitajiet.


Albert Buttigieg sostna li ż-żewġ naħat wettqu krimini tal-gwerrer fejn persuni nnoċenti fejn iż-żewġ naħat ħallsu prezz b’ħajjithom.


Hu kkundanna bla riserva l-attakk terroristiku mill-Ħamas fejn mhux aċċettabli li persuni jinqatlu waqt li qed jiddevertu jew inkella waqt li huma miġbura ma’ uliedhom f’darhom u bl-istess bl-istess saħħa, qawwa u determinazzjoni l-massakru li qed iseħħ f’Gaza.


Jekk 1,200 persuna f’Iżrael kienu brutalment maqtula u oħrajn ittieħdu pruġunieri, ma jistax ikun aċċettat li jinqatlu ‘il fuq 22,000, fosthom tfal u nisa nnoċċenti Palestinjani. Att terroistiku wieħed ma jiġġustifikax att terroistiku ieħor. Jekk iridu nkunu konisistenti u kreddibli ma nisgħtux naqħlqu għajnejja għal dan kalvarju l-ġenoċidju.


Hu qal li Iżrael kellu u għandu dritt li jipproteġi lilu nnifsu imma dan id-dritt ma jagħtihx liċenżja li jeqred pajjiż sħiħa.


Meta fil-passat l-grupp terroristiku IRA fl-Irlanda kien wettaq att terroristiku, il-gvernijiet Inglizi ma kienux ibbumbardjaw Belfast kollu u joqtol eluf ta’ tfal u nisa nnoċenti.


Sfortutament b’dan il-massakru, Iżrael qed jiżra’ żerriegħa għal aktar attakki futuri. Dawk it-tfal u żgħażagħ li huma trawmatizzati bil-mewt tal-għeziez tagħhom xi wħud se jaħsbu li l-unika mod kif juru dan l-uġiegħ tagħhom huwa li jwettqu atti oħra ta’ vjolenza. Il-vjolenza twelled il-vjolenza. Il-vjolenza qatt ma ġabet paċi.


Il-kwistjoni tad-drittijiet tal-Palestinjani għal art tagħhom ilha kwistjoni pendenti għal diversi snin. Dan il-poplu jrid ikollu soluzzjoni, sostna d-deputat Nazzjonalista.


Hu kompla li bħal ma nagħmlu tajjeb li niftakru fl-attroċitajiet tal-waħx li għadda minnu l-poplu Lhudi fl-Olokostu minn -Nazisti, tajjeb li napprezzaw li l-poplu Palestjan qiegħed ibati wkoll minn dan il-kalvarju.
Wasal il-mument li l-komunità internazzjonali u l-parlament Malti naħdmu biex iż-żewg naħat jifhmu li l-unika triq – diffiċli kemm hija diffiċli – hija dik li jkun hemm żewġ stati. Hija ħasra li l-estremisti fuq iż-żewg naħat mhumiex jifhmu li mhemmx triq oħra.


Albert Buttigieg sostna li jingħaqad mal-President Malti meta qal: ‘nagħmel it-talba sinċiera tiegħi biex min bħalissa għandu s-saħħa f’idejħ, iwaqqaf il-massakru’. Għaldaqstant, il-messaġġ huwa għal waqfien mill-ġlied u favur il-paċi.


Mingħajr paċi ma hawnx stabbiltà u mingħajr stabbiltà ma hemm livell ta’ għajxien li jirrispetta d-dinjità umana. Bil-paci biss jista’ ikollna futur, sostna d-deputat Nazzjonalista.