Graziella Attard Previ, PN
It-testijiet tal-verġinità fuq in-nisa hu abbuż, umiljazzjoni u att ta’ vjolenza li għandu jkun kundannat u kriminalizzat.
Dan qalitu d-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Prevu meta kienet qed titkellem fil-parlament fid-dibattitu dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali dwar l-ittestjar tal-verġinità tal-mara.
Graziella Attard Previ qalet li dan l-abbozz jikkumbatti l-preġudizzji u sostniet li t-test tal-verġinità hu abbuż u vjolenza fuq in-nisa. Hi enfażizza id-drittijiet ugwali għal kulħadd u qalet li minkejja l-avvanzi xorta fadal xi jsir f’dan ir-rigward.
L-ittestjar tal-verġinità jinvolvi proċedura li tikkawża uġiegħ, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li fMalta għaha tiddomina l-mentalità maskilista għaliex l-irġiel għandhom il-liċenzja li jagħmlu li jridu huma jidhru koroh qatt iżda n-nisa jkunu ġudikati għal għemilhom minn ħaddieħor.
F’Malta hawn diversi komunitajiet fejn hemm ix-xewqa jew il-ħiseb li l-verġinità tal-mara hi xi sagra minkejja li din hi xi ħaġa tajba. Din hi xi ħaġa tal-mara u tal-mara biss u l-mara m’għandhiex tkun valutata jekk hix verġni jew le.
Graziella Attard Previ sosniet li fil-pajjiż iddaħħl diversi kulturi u għalhekk in-nisa kollha għandhom ikunu protetti. Il-Konvenzjoni ta’ Istanbul issejjaħ biex in-nisa ma jkunux diskriminati u għalhekk it-testijiet tal-verġinità għandhom ikunu aboliti għaliex dawn iżidu t-trawma u jressaq lin-nisa lejn is-suwiċidju. Fuq kollox, dan l-ittestjar m’għandu l-ebda bażi xjentifika u joħloq biss problemi.
Ir-Renju Unit ipprojbixxa dan l-ittestajr sentjen ilu din il-prattika makabra iżda minkejja dan, din il-prattika baqgħet isseħħ. Għandu jkun assigurat li dan ma jseħħx f’Malta. L-ambjent fil-pajjiż għandu jkun wieħed li fih in-nisa jkunu jistgħu jirrapportaw dan il-każi waqt li jsiru wkoll kampanji edukattivi dwar id-drittijiet tan-nisa.
Hi semmiet l-importanza tal-protezzjoni tal-ġenitali tal-mara u qalet li r-rikostruzzjoni tal-verġinità permezz ta’ proċedura kirurġika hi wkoll kundannabbli u tammonta għal reat. Id-deputat Nazzjonalista staqsiet għaliex din il-proċedura mhix tkun inkluża f’dan l-abbozz.
Hi appellat biex jitressaq abbozz biex jiddefinixxi l-vjolenza domestika u jitħaffu l-eluf ta’ każi ta’ vjolenza domestika fuq in-nisa fejn sal-aħħar ta’ Novembru 2023 dawn il-każ jammontaw għal 2,236, li minnhom 2,219 huma kollha quddiem maġistrat wieħed.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li għandha titwaqqaf qorti speċjalizata dwar il-vjolenza domestika, tkun emendata l-liġi biex din tipprovdi għal ordnijiet immedjati fejn l-aggressur jitlaq mid-dar u mhux il-vittma u biex l-istupru u l-abbuż sesswali jkunu klassifikati fil-kategorija ta’ abbuż fuq il-bniedem. Hi pproponiet ukoll biex il-vittmi tal-vjolenza domestika ma jkunux mistoqsija jekk iridux jaħfru lill-aggressur fil-qorti.
Graziella Attard Previ qalet li ċ-ċentri għall-vittmi tal-vjolenza domestika jinfetħu kemm jista’ jkun malajr. Dawn iż-żewġ ċentri f’Santa Luċija u fl-Imtarfa ilhom imwiegħda erba’ snin. Hi semmiet it-traffikar tan-nisa u appellat biex il-gvern jieħu din ir-realtà b’iktar serjetà għaliex qed jipproponi biss €50,000. Permezz tal-massage parlours, Malta qed tintuża għal traffikar tan-nisa li joperaw mingħajr liċenzja, standards u kontrolli.