Ftit tal-ħin ilu wasal f’Tel Aviv, Antony Blinken is-Segretarju tal-Istat Amerikan, fejn flimkien mal-Prim Ministru ta’ Iżrael Benjamin Netanyahu ser ikun qed jiddiskuti l-aħħar żviluppi tal-gwerra f’Gaza.
Blinken mistenni li jitlob lil Netanyahu sabiex jibdew in-negozji dwar kif se tkun qed tiġi imexxija Gaza ladarba tintem il-gwerra, waqt li jitolbu wkoll sabiex iżjed għajnuna titħalla tasal f’Gaza liċ-ċittadini.
Minn naħa tagħhom uffiċjali minn Iżrael mistenija jwaqqfu lċ-ċivili milli jmorru lura lejn in-naħa ta’ fuq tat-teritorju jekk il-Ħamas ma jirrilaxawx iżjed ostaġġi.
Intant skond il-Ministru tas-saħħa tal-Ħamas fl-aħħar 24 siegħa inqatlu 249 Palestinjan waqt li ndarbu 510, waqt li n-Nazzjonijiet Uniti qed jgħidu li l-attakki fl-aħħar sigħat qed ikollhom ħafna iżjed impatt fuq iċ-ċittadini.
//= $special ?>