Colin Schembri
Mellieħa Libertas Spalding…..84
Sigma Depiro………………………..82
(23-23)(20-18)(26-23)(15-18)
Differenza ta’ basket wieħed kienet biżżejjed għal Mellieħa biex jieħdu s-seba’ rebħa tagħhom fil-kampjonat kontra Sigma Depiro 84-82. Iż-żewġ timijiet kellhom xi players neqsin bħal Eduardo Valdespina għal Mellieħa u Sean Galea u Miguel Brincat għal Depiro. Kienu Depiro li għamlu l-ewwel basket minn Nikola Bozovic bir-risposta ta’ Mellieħa tasal b’disa’ punti mingħajr risposta fosthom trippla minn Vukassin Jandric. Mellieħa fetħu vantaġġ ta’ 5 punti 11-6 qabel ma Depiro għamlu break ta’ 12-0 bi trippli minn Bozovic u Miguel Mallia. Mellieħa wkoll kellhom it-three pointers minn Corrado Mercurio u Kwame Thompson biex għamlu l-iskor indaqs fi tmiem l-ewwel taqsima 23-23. It-tieni perjodu kien kważi identiku għal ta’ qablu fejn l-ewwel li ħadu vantaġġ kienu Mellieħa fejn trippla ta’ Jandric tathom vantaġġ ta’ seba’ punti 32-25. Hawn Depiro kellhom break ieħor ta’ 16-3 b’diversi punti minn Kameron Rooks u trippla ta’ Nicholas Grech. Mellieħa però għalqu t-taqsima b’seba’ punti mingħajr risposta biex daħlu jistrieħu 43-41 minn fuq.
Wara l-intervall Depiro kellhom il-punti minn Cameron Cornelius u Mallia biex marru fuq quddiem però r-risposta ta’ Mellieħa kienet immedjata permezz ta’ Thompson u David Bugeja. Depiro kellhom żewġ trippli konsekuttivi minn Nenad Bukva u Andrew Aquilina qabel ma Mellieħa għamlu break qasir ta’ 11-4 bil-punti ta’ Jandric u Bugeja li tahom vantaġġ ta’ 5 punti 69-64. Fl-aħħar sessjoni Mellieħa kabbru l-vantaġġ għal seba’ punti wara trippla ta’ Bugeja però Depiro ma ċedewx u break ta’ 7-2 wassalhom sa’ żewġ punti ‘l bogħod 77-79. Huma kellhom ukoll trippla minn Aquilina li wasslithom sa punt minn taħt però ma rnexxielhomx jagħmlu l-basket tar-rebħa biex Mellieħa għalqu l-partita bill-punti ta’ Tederick Wolfe biex ħarġu rebbieħa 84-82.
Mellieħa Libertas: T. Wolfe 25, D. Bugeja 16, R. Bonnici 2, V. Jandric 10, I. Bonett 1, R. Carabott, K. Thompson 24, C. Mercurio 6.
SIGMA Depiro:,L. Trapani, N. Bozovic 5, A. Aquilina 6, N. Grech 3, K. Rooks 29, M. Mallia 10, C. Cornelius 18, N. Bukva 11, M. Debattista.
Referees: Bernard Vassallo, Nicky Azzopardi, Nestor Rincon
Luxol……………..74
Starlites JSD….122
(18-36)(13-31)(24-30)(19-25)
Ic-champions Starlites JSD kellhom rebħa konvinċenti fuq Luxol 122-74 biex irkupraw mit-telfa kontra Hibernians fl-aħħar ħarġa tagħhom. Is-shooters ta’ Starlites kienu f’ġurnata mill-aqwa hekk kif għamlu 19 -il three pointer u kellhom xejn anqas minn 38 assist. Luxol kienu minn fuq biss fl-ewwel 16 -il sekonda hekk kif Nathan Xuereb għamel l-ewwel basket tal-partita. Ir-risposta ta’ Starlites kienet immedjata fosthom bi trippla ta’ Alec Felice Pace u l-punti minn Kurt James u Ian Felice Pace f’run ta’ 7-0. Għal xi ħin, Luxol bdew jirrispondu però hawn waslet l-ewwel run qawwija ta’ Starlites ta’ 22-5 b’ħames trippli fosthom tnejn ta’ Christian Hinckson biex ħadu vantaġġ ta’ 20 punt qabel ma Xuereb għalaq is-sessjoni għal Luxol fuq skor ta’ 18-36. Fit-tieni perjodu, Starlites fetħu bi trippla ta’ James b’Tariq Woody jwieġeb għal Luxol. Starlites komplew b’run oħra ta’ 10-0 bil-punti ta’ Matthew Attard u A. Felice Pace. Għal xi ħin iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Starlites żammew vantaġġ ta’ 24 punt 55-31. Huma saħħew dan il-vantaġġ bi break ieħor ta’ 12-0 b’żewġ trippli ta’ Miguel Fabri biex daħlu jistrieħu 67-31 minn fuq.
Wara l-intervall, Luxol ippruvaw jidħlu mill-ġdid fil-partita meta għamlu break ta’ 7-2 bi trippla ta’ Isaac Azzopardi. Starlites però wieġbu bil-punti ta’ Davonte Craven u l-punti komplew ġejjin b’mod regolari fuq iż-żewġ naħat biex il-vantaġġ ta’ Starlites kiber għal 33 punt. It-taqsima għalqet bi break qasir ta’ 8-2 minn Starlites għal skor ta’ 97-55. L-aħħar taqsima, bil-partita diġa deċiża, serviet l-aktar biex players żagħżagħ fuq iż-żewġ naħat ikollhom ħin fuq il-court hekk kif Starlites għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Hinkson. Luxol kellhom il-punti ta’ Seb Pace u Adam Azzopardi, fil-waqt li t-trippli ta’ Starlites komplew ġejjin fosthom minn Sean Aquilina u tnejn minn Attard. Kien hemm ukoll żewġ baskets minn Neil Sultana biex Starlites ħarġu rebbieħa 122-74.
Luxol: S. Pace 1, I. Azzopardi 4, N. Jovanovic 2, A. Azzopardi 2, JP Schembri 3, N. Xuereb 14, G. Hulsen 9, T. Woody 30, M. Matijevic 9.
Starlites JSD: A. Felice Pace 16, C. Hinkson 19, M. Attard 24, S. Aquilina 3, I. Felice Pace 9, M. Fabri 16, K. Fabri, D. Craven 11, N. Sultana 4, K. James 20.
Referees: Artun Bayraktar, Nicky Azzopardi, Fanni Fabok.
Hibernians………………107
Valletta Fighters……..100
(24-16)(29-28)(29-26)(23-30)
Hibernians wieġbu għar-rebħ ta’ Mellieħa u Starlites b’rebħa fuq Valletta 107-100 fi tmiem ta’ partita nteressanti li rat ukoll id-debutt tal-Amerikan Nick Brenner għal Hibs li ħa post Calvin Whipple. Valletta wkoll kellhom players ġodda, Davide Bellinzona u Julian Wait però kienu nieqsa Ruben Curmi, Matthew Farrugia u Ulhas Satayanorayon. Il-bidu tal-partita kien kollhu favur il-Pawlisti li bdew bi break ta’ 14-2 propju bi trippla ta’ Brenner flimkien mal-punti ta’ Mason Hix li wkoll għamel trippla. Mal-ħin Valletta tejjbu l-logħba tagħhom u kellhom ukoll run ta’ 10-0 bil-punti ta’ Keith Charleston u Neil Cassar. Hibs għamlu l-aħħar sitt punti tas-sessjoni għal skor ta’ 24-16. It-tieni taqsima kienet missielta ħafna u l-ebda team ma rnexxielhu jagħmel xi run sostanzzjali. Hibs fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 40-30 wara trippla oħra minn Brenner flimkien ma’ Ivan Demcesen. Valletta wieġbu permezz ta’ De Sean Mattox, Cassar u Charleston biex fl-intervall Hibs żammew il-vantaġġ ta’ disa’ punti 53-44.
Fit-tielet sessjoni, Hibs fetħu b’sitt punti mingħajr risposta. Hawn Valletta kellhom mument tajjeb bi break ta’ 10-2 bi trippla ta’ Mattox però Hibs ukoll wieġbu b’run ta’ 11-0 bil-punti ta’ Hix, Nikola Vasovic u Anton Axiaq. Mattox kellhu trippla oħra għal Valletta li naqqsu d-distakk għal 12 -il punt 70-82. Fl-aħħar perjdodu Valletta fetħu b’żewġ trippli minn Ferdinand Lisondra u Cassar u komplew jitħabtu biex naqqsu d-distakk għal 5 punti 83-88. Trippla ta’ Brenner tat ftit tan-nifs lil Hibs li għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Hix. Valletta minkejja li baqgħu jippressaw sal-aħħar u l-punti ta’ Mattox, ma rnexxielhomx jaqilbu l-iskor u Hibs rebħu l-partita 107-100.
Hibernians: P. Attard, B. Zammit, L. Attard, L. Farrugia 3, N. Vasovic 12, A. Axiaq 2, R. Aquilina, M. Attard 8, M. Hix 30, I. Demcesen 26, N. Brenner 26, S. Simic.
Valletta Fighters: K. Charleston 27, D. Bellinzona 2, S. Saakian, J. Wait 2, D. Mattox 40, A. Attard 5, F. Lisondra 6, N. Cassar 18, D. Militello.
Referees: Artun Bayraktar, Fiorentina Ciurariu, Julie Londono.
//= $special ?>