Il-Kumpanija ‘Gelluxa Supplies Limited li hija bbażata fil-Qala Għawdex fetħet kawża l-Qorti kontra Steward Health Care l-istess kumpanija li fl-2018 ħadet il-kontrol tat-tlett Sptarijiet tal-istat.
Gelluxa Supplies Limited qegħdin ifittxu lil Steward Health Care talli dawn ma ħalsux kont li kellhom iħalsuhom fosthom għal-kafe’ u affarijiet oħra li xtraw, b’total ta’ Inqas minn €10,000.
Irċevuti li ġew preżentati l-Qorti u verifikati minn The Shift juru kif din il-kumpanija Amerikana għanda tħallas lil ‘Gelluxa Supplies Limited’ għall-kafe, zokkor, gallettini, basktijiet tar-rubish, ħalib, butir ġobon, u te’ li kienu meħudha lill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

It-total li Steward Health Care għandhom jagħtu lil Gelluxa Supplies Limited huwa ta’ €8,858.28 u jkopri l-perjodu ta’ bejn Jannar u Marzu u għalhekk il-kumpanija fil-Qala qed titlob lil Armin Ernst, id-direttur ta’ SHC, sabiex iħallas dawn il-kontijiet mill-aktar fis possibli.
Intant il-kuntrat bejn Steward u l-Gvern kien annullat f’April li għadda, wara li l-Qorti, f’kawża li fetaħ id-deputat Adrian Delia, kienet iddikajarat id-deal bejn Vitals Global Healthcare u l-Gvern bħala wieħed frawdalenti
//= $special ?>